Xogħol

Drittijiet

Iċ-ċittadini ta’ l-UE u ta’ l-EEA għandhom id-dritt li jmorru f’membru stat ieħor sabiex jgħixu, jistudjaw u jaħdmu. Dan huwa dritt legali. Jekk int ċittadin ta’ wieħed mill-istati membri (jiġifieri għandek passaport validu għal dak l-istat membru) inti ċittadin ta’ l-EU/EEA.

Benefiċji

L-esperjenza ta’ xogħol f’pajjiż ieħor tista’ tkun ta’ valur għoli għal prospetti ta’ karrieri futuri, dan peress li kemm l-għarfien multi-kulturali kif ukoll il-kapaċitajiet lingwistiċi huma importanti għal min iħaddem. Meta taħdem barra jkollok l-opportunita tiskopri kulturi oħrajn u tikseb kapaċitajiet reali għal lingwa oħra.

Jekk tikkunsidra li taħdem f’pajjiż ieħor tkun qiegħed ittejjeb l-opportunitajiet tiegħek li ssib ix-xogħol li qed tfittex, peress li jkollok aċċess għal suq tax-xogħol akbar.

Aktar Informazzjoni

Għal aktar informazzjoni fuq xogħol f’pajjiżi oħrajn żur is-sit eletroniku tal- EURES.