Studju

Id-drittijiet tiegħek

Iċ-ċittadini ta’ l-UE u l-EEA għandhom id-dritt li jistudjaw fil-pajjiżi ta’ xulxin. Dan ifisser li jekk inti ċittadin tar-Renju Unit għandek l-istess drittijiet biex tistudja fi Franza daqs kull ċittadin Franċiż.

Benefiċji

Li tistudja f’pajjiż ieħor m’huiex sempliċement għal studenti tal-lingwa; kwalunkwe suġġett li tistudja, iż-żmien li tqatta f’pajjiż ieħor jista’ jkun ta’ benefiċju għalik.

L-aktar benefiċji ovvji huma l-opportunita li ttejjeb il-kapaċitajiet lingwistiċi tiegħek u li tikseb tagħrif u għarfien dwar pajjiż u kultura oħra. Iż-żmien li tqatta barra jista’ ukoll iservi sabiex iżżid il-kunfidenza u l-maturita tiegħek hekk kif titgħallem tgħix u tistudja f’kultura oħra. Il-kisba ta’ dawn il-kapaċitajiet hija xi ħaġa li togħġob lil min iħaddem u jistaw jiffavoruk fis-suq tax-xogħol.

Spejjeż

Jekk inti ċittadin ta’ stat membru ta’ l-UE u qiegħed tistudja fi stat membru ieħor tal-UE, inti tħallas l-istess tariffi bħal dak iċ-ċittadin ta’ dak l-istat. Iżda ċittadini ta’ l-EEA li jistudjaw f’pajjiżi oħrajn u ċittadini tal-UE li jistudjaw f’pajjiżi ta’ l-EEA jistaw jintalbu jħallsu aktar.

Aktar informazzjoni

Għal aktar informazzjoni dwar studju f’pajjiżi oħrajn żur is-sit fuq l-internet tal-PLOTEUS - (Il-portal Ewropew għat-tagħlim).