Ċaqliq minn pajjiż għall-ieħor

Id-drittijiet tiegħek

Iċ-ċittadini ta’ l-UE u ta’ l-EEA għandhom id-dritt li jmorru f’membru stat ieħor sabiex jgħixu, jistudjaw u jaħdmu. Dan huwa dritt legali. Jekk int ċittadin ta’ wieħed mill-istati membri (jiġifieri għandek passaport validu għal dak l-istat membru) inti ċittadin ta’ l-EU/EEA.

Dokumenti

M’għandekx bżonn viża jew permess ieħor biex tidħol f’pajjiż ieħor ta’ l-UE jew EEA, kull ma għandek bżonn huwa dokument ta’ identifikazzjoni (passaport jew karta ta’ l-identita`). Tajjeb li jkollok il-karta ta’ l-assikurazzjoni tas-saħħa ta’ l-UE qabel ma tmur. Din tagħtik assikurazzjoni li tingħata kura immedjata f’każ ta’ bżonn. Jekk hija l-intenzjoni tiegħek li tibqa’ għal aktar minn perjodu partikolari (normalment 3 xhur) ikollok bżonn taplika għall-permess ta’ residenza.